IKKONFERMATI L-LEAKS MINN JASON AZZOPARDI

ONE.COM.MT • Fil-Qorti llum ġie kkonfermat li l-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien qed ikollu l-informazzjoni mill-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella, inkluż li se ssir tfittxija fid-dar tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
Fl-istess ħin, il-Kummissarju Angelo Gafà u s-Supretendent James Grech xehdu quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti kif il-Maġistrata, li mexxiet l-inkjesta dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet, kienet qaltilhom biex jimxu biss mad-direzzjonijiet tagħha.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: ARKIVJI
Il-Pulizija kkonfermat li l-Avukat u l-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien ħareġ informazzjoni li kien qed ikollu mill-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella dwar il-konċessjonijiet tal-isptarijiet, inkluż meta kien mgħarraf minn qabel li se ssir tfittxija fid-dar tal-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat f’Jannar tal-2022.
Dan ħareġ mix-xhieda tal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà u s-Supretendent tal-Pulizija James Grech quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti, f’kawża Kostituzzjonali miftuħa minn Dr Muscat stess.
Mix-xhieda, it-Tlieta waranofsinhar, ħareġ kif jum qabel kellha ssir it-tfittxija fuq id-dar tal-eks Prim Ministru f’Burmarrad, Jason Azzopardi, li dak iż-żmien kien għadu membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni, ċempel personalment diversi drabi lill-espert tal-Qorti Keith Cutajar.
Fix-xhieda ntqal kif waqt li Cutajar kien ġurnata off u kien barra jdur bil-mutur u ma weġibx lil Azzopardi, bid-Deputat Nazzjonalista baqa’ jippersisti jċempillu.
Imbagħad l-espert tal-Qorti bagħatlu li jekk għandu informazzjoni jista’ jgħaddiha direttament lill-Maġistrat Gabriella Vella.
Aktar tard dakinhar stess, Jason Azzopardi kiteb fuq il-midja soċjali fejn indika b’mod ċar li se ssir tfittxija fid-dar tal-eks Prim Ministru.
Mix-xhieda fil-Qorti ħareġ kif dakinhar stess, waranofsinhar, saret laqgħa bejn il-Maġistrat Gabriella Vella, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, l-Ispettur Anthony Xerri, Keith Cutajar u s-Supretendent James Grech.
Intqal kif il-Maġistrat Vella kienet ħafna rrabjata li l-Avukat Azzopardi kien jaf b’dan u kixef operazzjoni li kienet se ssir, waqt li ntqal li iżda ma saret l-ebda investigazzjoni dwar dawn il-leaks.
Jirriżulta li, imbagħad, it-tfittxija fid-dar ta’ Joseph Muscat saret jumejn wara l-jum oriġinarjament intenzjonata. Minkejja dan, kif irrapportat diversi drabi, jirriżulta li anke f’din id-data differenti wkoll kien hemm preżenti f’Burmarrad esponent jew esponenti tal-establishment Nazzjonalista.
Fil-Qorti, is-Supretendent James Grech xehed kif kien għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu, meta l-Pulizija bdew it-tfittixijiet fid-dar ta’ Dr Joseph Muscat. Dan fil-preżenza tal-esperti barranin imqabbdin fl-inkjesta mill-Maġistrat Gabriella Vella.
Hawnhekk intqal ukoll kif Dr Muscat ikkopera kompletament mal-Pulizija f’dawn it-tfittxijiet.
Fix-xhieda tiegħu, il-Kummissarju sostna li l-Pulizija ma setgħetx tinvestiga dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet, minħabba li d-dokumenti finanzjarji b’rabta ma’ dan il-każ kienu kollha f’idejn il-Maġistrat Vella bħala parti mill-inkjesta.
Gafà xehed ukoll li l-Maġistrata, li damet erba’ snin u nofs biex lestiet l-inkjesta, qalet lill-Pulizija biex huma jimxu biss mad-direzzjonijiet tagħha.
Preżenti fl-awla għal din il-kawża kien hemm il-President Onorarju tal-Għaqda Repubblika, Robert Aquilina.
L-Avukati Charlon Gouder u Vince Galea, f’isem Joseph Muscat, talbu li fis-seduta li jmiss jiġi mħarrek ħalli jixhed l-Avukat Jason Azzopardi.

Пікірлер: 3

  • @dorisfava4733
    @dorisfava47334 күн бұрын

    DIN hija arugaza kbira li-jkunu jafu certu nies ser iser min qabel , u xandru dak li-macestrat min qabel x'ser isser allura nighd jien dan min fejn saru jafuh mhux min urejhom inkesta x' fija , dan m'ghandu jkun qatt , nimxu skont il-GURAMENT LI-HADNA BIEX INKUNU NAGHQDU DMIRNA SEW FIL-QRATI TAGHNA , ATTENTI , m'ghandux ikun dan , grazzi ,

  • @user-ui6tu6hg8t
    @user-ui6tu6hg8t4 күн бұрын

    Bullshit