L-IMNARJA, L-IMGĦODDI U LLUM, TIBQA’ MFITTXIJA KULL SENA

ONE.COM.MT •
L-Imnarja 2024. Festa tradizzjonali li teħodna lura fis-snin. Fis-servizz li jmiss se ndewqukom ftit minn dak li sibna dalgħodu fil-Buskett. Il-kitba hija ta’ Anton Falzon bil-filmati ta’ Alex Borg.
L-IMNARJA, L-IMGĦODDI U LLUM, TIBQA’ MFITTXIJA KULL SENA
Dan huwa l-ħoss mużikali taż-żafżafa Maltija jew kif isejħulha l-Għawdin r-rabbaba. Il-grupp Xewki “Allegrija” żamm kumpanija lil dawk kollha preżenti għall-edizzjoni ta’din is-sena tal-Imnarja bi strumenti tradizzjonali Maltin bħall-ħabbata, l-akkordjin u ċ-ċekċika.
Il-Maltin u t-turisti rħewlha lejn il-Buskett fejn għad-dell li joffru s-siġar, ħafna trejqu u mlew żaqqhom b’ikel li wieħed isib b’mod speċjali f’din il-festa tradizzjonali Maltija.
Ma naqsux membri mill-Kooperativa Maltija tal-Mogħoż u n-nagħaġ li wkoll kienu qed idewqu minn dak li huma jibbrillaw fih.
Minbarra l-ġbejniet meqjusa tradizzjonali barra l-bojod u tal-bżar stajna ninnuttaw dawk b’togħmiet oħra bħal tal-felfel, tal-ħwawar tal-pizza, tal-ħxejjex aromatiċi, tat-tewm u l-bżar u oħrajn speċjali li jinżammu ġol-inbid aħmar.

Пікірлер