TINFETAĦ L-AĦĦAR ROTTA EWLENIJA TAL-MARSA JUNCTION

ONE.COM.MT • Infrastruttura Malta fetħet l-aħħar rotta ewlenija tal-proġett tal-Junction tal-Marsa, li minn Triq Aldo Moro se twassal għal Vjal Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid.
Naraw.
KITBA: EMAN PORTELLI / STEFAN BAJADA
FILMAT: CHRIST BORG
Kmieni t-Tnejn filgħodu, Infrastruttura Malta fetħet l-aħħar rotta ewlenija tal-proġett tal-Junction tal-Marsa, li minn Triq Aldo Moro tagħti għal Vjal Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid u twassal lix-xufiera lejn in-nofsinhar tal-pajjiż, lejn il-Kottonera, Raħal Ġdid u l-Fgura.
Dan jikkumplimenta s-seba’ strutturi l-oħra tal-proġett li jgħaqqadu Triq Aldo Moro mat-Telgħa tal-Addolorata, Triq Giuseppe Garribaldi fid-direzzjoni lejn in-nofsinhar tal-pajjiż.
Permezz ta’ dawn l-istrutturi tneħħew kompletament it-traffic lights, li kienu jżommu ħafna traffiku f’dawn l-inħawi.
ONE News tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-aġenzija Fredrick Azzopardi li spjega kif dan il-proġett ġa qed juri kemm naqas it-traffiku f’dawn l-inħawi.
FREDRICK AZZOPARDI
KAP EŻEKUTTIV TA’ INFRASTRUTTURA MALTA
“Waħda mill-aktar toroq importanti li għal dawn l-aħħar ġimgħat kienet magħluqa kienet propju vjal Sir Paul Boffa... Propju llum qed nagħtu l-aħħar asfalt fir-roundabout ta’ Santa Luċija u propju għax ftaħna din it-triq importanti ma rajniex traffiku jinġema f’Aldo Moro. Iġifieri kif kollox ikun miftuħ dan se jgħin biex it-traffiku lejn in-naħa ta’ isfel tal-pajjiż li jgħaddu aktar minn mija u għoxrin elf vettura kuljum allura se jgħin biex jitnaqqas il-konġestzzjonijiet.”
Sentejn wara li nbeda dan l-iktar proġett infrastrutturali f’pajjiżna, dan il-proġett massiċċ jinsab issa miftuħ għat-traffiku.

Пікірлер: 1

  • @salvuagius
    @salvuagius3 жыл бұрын

    Il-bike path għadha ma nfetħitx.