IL-ĦUTA NAZZJONALI LURA FIL-MAGĦLUQ

ONE.COM.MT •Fiż-żona tal-Magħluq f’Wied il-Għajn illum reġgħet bdiet tinħeles il-ħuta nazzjonali Maltija, il-Bużaqq.
Din hi speċi li kienet qed tiġi mhedda u għaldaqstant għamlet żmien tiġi kkonservata fiċ-ċentru nazzjonali tal-akwakultura f’Marsaxlokk.
Dan fi proġett konġunt bejn diversi għaqdiet governattivi u l-għaqda mhux governattiva Nature Trust.
Il-bużaqq huwa l-unika speċi li jista’ jgħix f’ilma mħallat bejn baħar u ilma ħelu.

Пікірлер