GRECH IRID LIĠI LI DDAĦĦLET GĦAXAR SNIN ILU

ONE.COM.MT • Waqt li kien fuq ix-xandir nazzjonali, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qal li jrid jara li tiddaħħal il-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti, anke jekk din ilha li ddaħħlet fis-seħħ minn Gvern Laburista mal-għaxar snin ilu u li l-Partit ta’ Grech qed jiksirha ta’ kuljum.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: PBS / ARKIVJI
Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qal li jrid idaħħal il-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti, anke jekk din ilha fis-seħħ issa għal kważi għaxar snin.
Grech qal dan waqt li kien qed jiġi intervistat minn Saviour Balzan fil-programm ‘XTRA’ fuq ix-xandir nazzjonali.
BERNARD GRECH
KAP NAZZJONALISTA
“Ejjew nagħmlu l-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti.”
Dan anke jekk, kif jaf kulħadd, din il-liġi daħlet fis-seħħ f’Lulju tal-2015 taħt amministrazzjoni Laburista, wara li Gvernijiet preċedenti Nazzjonalisti baqgħu jinjorawha kompletament.
Issa Grech qal li jrid li tiġi implimentata liġi, li għal snin twal ukoll il-Partit Nazzjonalista kien qed jiksirha sfaċċatament.
Dan kemm bin-nuqqas ta’ preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji tiegħu minn kemm ilu li sar Kap l-istess Grech fl-2020 u anke bl-iskema taċ-ĊedoliPN, li nħolqot apposta biex tevita l-liġi u għadha fis-seħħ sa minn żmien l-eks Kap Simon Busuttil.
Din l-iskema sigrieta ddaħħlet fl-elfejn u sittax biex tiffinanzja l-miljuni kbar ta’ dejn li għandu l-Partit Nazzjonalista.
Riżultat ta’ dan it-taħwid, il-Partit Nazzjonalista għadu ma ppubblika l-ebda wieħed mill-kontijiet finanzjarji jew rapporti tad-donazzjonijiet, kif inhu obbligat li jagħmel bl-istess liġi, waqt li baqa’ ma sabx awditur li lest jiffirmahomlu.
BERNARD GRECH
KAP NAZZJONALISTA
“Ikun hemm kultant kumplikazzjonijiet, ħafna drabi jkunu ħmerija, ikollok bżonn awditur u ma ssibx awditur mill-ewwel u allura ċerti commitments ma tagħmilhomx fil-ħin.”
Fl-aħħar xhur ukoll kien sar magħruf li l-Kummissjoni Elettorali kienet ħarġet ħames ittri ta’ twissija fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista, wara protest imressaq mill-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Daniel Attard.
F’Marzu li għadda, meta kien qed iwieġeb mistoqsija ta’ ONE News dwar din il-kwistjoni, il-Kap Nazzjonalista sejjaħ dan bħala “ereżijiet kbar”.
BERNARD GRECH
KAP NAZZJONALISTA
ĠURNALIST: “Għaliex mhux jiffirmawhomlok l-awdituri?”
BERNARD GRECH: “Qed tgħid ereżijiet kbar.”

Пікірлер: 2

  • @josephabdilla6946
    @josephabdilla69464 күн бұрын

    Dan l-anqas jaf jekk hux haj jew mejjet.🙏🙏

  • @marianobugeja9340
    @marianobugeja93402 күн бұрын

    A puppet on a string