Andrew Azzopardi on RTK103 | 6 ta' Lulju

Il-patrijottiżmu idea antikwata? Iż-żieda fil-popolazzjoni ħa therrilna l-identità tagħna? Il-fibra tagħna bħala poplu qed tittiekel biż-żieda fil-popolazzjoni?
Jiddiskutu dan waqt il-programm Andrew Azzopardi on RTK103 ix-xandar Dr Charles Xuereb, l-opinjonisti Grace Borg, il-Perit Michael Falzon u l-ġurnalist Sandro Mangion.
L-istess programm jinkludi wkoll:
L-edukazzjoni tista’ tkun ‘il fuq mill-politika? Dibattitu politiku bejn il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima u l-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni Justin Schembri.
Il-qasam tas-saħħa jinsab f’salib it-toroq? Diskussjoni mat-Tabib Josie Muscat
Ħafna tarmak għalxejn? Diskussjoni mal-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Ivan Falzon
Intervista ma’ Dr Isaac Zahra, żagħżugħ li għex l-esperjenza tal-lukimja, li iżda ma waqqfitux milli jistudja għal tabib.
Andrew Azzopardi on RTK103 jixxandar is-Sibt bejn id-9am u 12pm fuq RTK103 u Newsbook.com.mt.
Tista’ tara l-programmi li xxandru f’din l-iskeda fuq Newsbook TV.

Пікірлер: 2

  • @lawrencegrech5511
    @lawrencegrech55115 күн бұрын

    u jek jigi johodlok xgholok. miwx jinvadi bil pulit

  • @ritafenech5753
    @ritafenech57533 сағат бұрын

    Jiena mort l emergenza forsi konna 7maltin kollha baranin do 25:17 mt 7sieghat nistenna ma flahtx noqghod iktar migghu ksaht bl air conditions hassejtni hazin hafna tlaqt lura dar saghtejn wara cempluli mil emergenza qalli qed nghajtu ismek ghidtlu ma flahtx qalli ghandek ragun ghidtlu ha nigi issa nerga imma dahluni qalli le trid terga toqghod wara l que. Mil bidu.kelli jmur privat ninqedaJien. Mort lus sptar ghax baghtuni mil Clinic.imma imma l barranin jaqbdu u jmorru lis sptar dirett hekk sew?