Kellymni: Episodju 31 - Lawrence Gray

Ойын-сауық

Melanie Kelly titkellem ma’ Lawrence Gray, il-kantant li seraq qlub il-Maltin bil-vuċi tiegħu iżda tul is-snin kellu diversi intoppi. Lawrence se jkun qed jitkellem dwar il-problemi ta’ saħħa li kellu, in-nies li ltaqa’ magħhom li għenuh tul is-snin, il-beżgħat u l-inċertezzi tiegħu u anke l-mod ta’ kif iħares lejn il-ħajja.
Lawrence se jiżvela anke affarijiet li qatt ma qal qabel fuq il-podcast Kellymni. Affarijiet uħud minnhom personali u oħrajn li huma aktar relatati mal-karriera mużikali tiegħu. Uħud taf ikunu sorpriżi b’dak li se jgħid, iżda bl-aktar mod sinċier hu jaqsam l-esperjenza tiegħu.
Fost l-affarijiet li jsemmi Lawrence hemm il-biża’ li kellu li jkollu t-tfal minħabba li dejjem ħaseb li hemm ċans li dawn ikollhom l-istess problem ta’ saħħa li kellu hu. Iżda meta hu u martu xtaqu t-tfal, kien hemm min qallhom li dan hu impossibbli. Lawrence jispjega l-weġgħa li għaddew minnha.
Barra minn dan, Lawrence jitkellem fuq il-Eurovision Song Contest u l-festival lokali. Festival li hu jemmen li kellu jirbaħ aktar minn darba iżda sfortunatament din ir-rebħa baqgħet ma tfaċċatx għalih.
Waqt il-podcast se tiskopru dan u aktar. Segwu Kellymni ħalli ssiru tafu aħjar lill-kantant lokali Lawrence Gray 🎙
Miġjub lilkom minn MUTT Motorcycles | La Molisana | Burger King | Amrita Footcare & Wellness Centre | Valletta Glass | Ferraracasa | Myoka Spas | Positive Parenting Malta
#kellymni #gwida #podcast #podcasttagwida #malta #LawrenceGray

Пікірлер: 4

  • @Malta2024
    @Malta202419 күн бұрын

    God Bless Lawrence. Taqtax qalbek. Kif qaltlek Melanie nemmen li you can make it alone. Ghandek lil Maronia lil Liam u lil familja u ħafna maltin warajk. Prosit Melanie tal programm. Keep it up.

  • @paulineborg4875
    @paulineborg487519 күн бұрын

    Kemm titkellem min qalbek ❤❤nammira lonesta tijek ❤❤❤❤.vuci sabiha ❤god bless ❤

  • @paulineperegin8932
    @paulineperegin893220 күн бұрын

    Jien vuci sabiha bhal tieghek qatt ma smajt...my favourite singer ❤

  • @ritaserracino6666
    @ritaserracino666618 күн бұрын

    Proset Lawrence jAlla jtik dak kolhox li tixtieq ibqa kif int onest FL ahhar mil ahhar dejjem int tibqa li int ❤

Келесі