Andrew Azzopardi on RTK103 | 29 ta' Ġunju

Waqt Andrew Azzopardi on RTK103 trattata l-mistoqsija jekk il-pajjiż hux qiegħed f’post tajjeb. Dwar dan jiddiskutu x-xandar Jon Mallia, il-kunsilliera Christine Amaira u Matthew Borg Cuschieri u l-opinjonista Lou Bondi.
Diskussa wkoll is-saħħa mentali. Paroli si, fatti no? Għal din id-diskussjoni, iż-żagħżugħ Matthew Paris, li esperjenza sfidi ta’ saħħa mentali, il-mistieden ewlieni tal-preżentatur Andrew Azzopardi. Miegħu jingħaqdu wkoll il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond Daniela Calleja Bitar u l-psikjatra Anthony Zahra.
Mistieden ieħor huwa ċ-Chairman tal-Kamra tal-Periti Andre’ Pizzuto, li flimkien mas-sindku l-ġdid tal-Imsida Charles Selvaggi u mal-Ministru Chris Bonnet jiddiskutu jekk il-pajjiż hux jadotta mentalità u politika ta’ konkos u żoni bla spazji.
Suġġett ieħor trattat fil-programm hi l-klima, u jekk bix se titfgħana l-baħar. F’din is-sezzjoni jitkellmu l-lettur Dr James Ciarlo’ u Samuel Cutajar, amministratur tal-paġna ta’ Facebook it-Temp Madwarna.
Il-programm jinkludi wkoll diskussjoni 1-to-1 ma’ Mark Pellicano, Kap tas-Safeguarding Commission.
Andrew Azzopardi on RTK103 jixxandar is-Sibt bejn id-9am u 12pm fuq RTK103 u Newsbook.com.mt. Tista’ tara l-programmi li xxandru f’din l-iskeda fuq Newsbook TV.

Пікірлер