XOGĦOL IMPORTANTI TAĦT L-ART TAL-JUNCTION TAL-MARSA

ONE.COM.MT •Tefgħa ta’ ġebla ‘l bogħod minn fejn inxandru propju aħna kompliet għaddejja l-ħidma biex ikompli jieħu s-sura tiegħu l-proġett tal-junction tal-Marsa.
Forsi nkunu għaddejin mill-inħawi naraw il-ħidma kbira li qed issir fuq l-istrutturi tal-flyovers li se jkunu l-ogħla, l-itwal u l-iżjed struttura wiesgħa li qatt inbnew f’pajjiżna.
Iżda hemm aktar minn hekk.
Hemm ħidma li ma tidhirx taħt l-art fejn crew ta’ ONE News niżel u ra b’għajnejh il-ħidma bil-għaqal li qed issir biex jitgħaddew is-servizzi.

Пікірлер