No video

Tisqifa għall-Għana Tagħna - Episodju 18 | Serata ta’ Għana li saret il-Mellieħa. Għana fuq il-Kelma

Tisqifa għall-Għana Tagħna hi sensiela ta’ Ġorġ Mifsud-Chircop li xxandret fuq Campus FM. Fit-tmintax-il episodju jsemmgħalna siltiet mis-Serata ta’ Għana li saret fil-Mellieħa.
Siltiet mit-tieni Serata ta’ Għana li saret fil-Mellieħa fit-8 ta’ Awwissu 1998. Jinstemgħu tliet siltiet. Fl-ewwel silta jgħannu fuq il-kelma Gejtu Sultana ‘tal-Qargħa’ mill-Mellieħa u Fredu Abela ‘ż-Żejtuni’. Fit-tieni waħda Victor Grima jgħanni l-fatt ‘Qalb tad-Deheb’, u fit-tielet Ċensu Abela ‘tal-Pitrolju’ u Ġużeppi Meli ‘ta’ Sika’ jgħannu la Bormliża.
Ħajr lil Stephen Buhagiar għar-ritratt.
Id-drittijiet ta’ dan ix-xogħol huma tal-awtur(i)/tal-pubblikatur kif definiti fil-Leġiżlazzjoni xierqa dwar id-Drittijiet tal-Awtur jew kif emendati b’kull leġiżlazzjoni suċċessiva. L-utenti jistgħu jaċċessaw dan ix-xogħol u jistgħu jużaw l-informazzjoni li fih, skont il-Leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Awtur u dment li l-awtur jiġi rikonoxxut kif xieraq. Huma pprojbiti d-distribuzzjoni jew ir-riproduzzjoni ulterjuri fi kwalunkwe format mingħajr il-permess minn qabel tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.

Пікірлер