IL-PL JIRBAĦ L-ELEZZJONI TAL-PE B’55.9%

ONE.COM.MT •Il-Partit Laburista mmexxi mill-Prim Minstru Joseph Muscat kiseb l-ikbar maġġoranza fl-istorja politika Maltija fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew b’aktar minn 55.9 fil-mija tal-voti mixħuta.
Din kienet it-tieni darba konsekuttiva li l-Partit Laburista fil-Gvern irnexxielu jirbaħ dawn l-elezzjonijiet u reġa’ rebaħ erba’ mis-sitt siġġijiet fil-Parlament Ewropew.
S’issa d-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista huwa ta’ wieħed u ħamsin elf u sitt mitt vot jew dsatax punt sebgħa fil-mija.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għar-riżultat, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-messaġġ tal-għaqda qed jirrenja fuq il-firda u sostna li r-riżultat huwa messaġġ ta’ fiduċja fil-Gvern u sfiduċja f’dawk li jaħdmu kontra Malta.
B’umiltà Joseph Muscat qal li minkejja dan ir-riżultat storiku li huwa akbar mir-rebħa Laburista tal-1947, il-Gvern irid jibqa’ saqajh mal-art.

Пікірлер: 1

  • @jesmondaquilina8936
    @jesmondaquilina89365 жыл бұрын

    HA.HA HA.

Келесі