IL-MALTEMP IĦALLI ĦERBA FIL-GŻEJJER MALTIN

Għat-tieni jum konsekuttiv, il-maltemp ifflaġella l-gżejjer Maltin b’xita kontinwa, silġ u riħ b’qawwa ta riefnu li kkawżaw ħsarat kbar li jlaħħqu l-eluf kbar ta ewro.
It-toroq Maltin qamu b’xeni kważi apokalittiċi b’baħar jibla’ l-art, siġar kbar u antiki li tqaċċtu u spiċċaw f’nofs ta’ triq, ċnut imġarrfa u ħsarat f’bosta lokalitajiet - l-aktar dawk fit-Tramuntana tal-pajjiż.
Minkejja li ma ndarab ħadd, il-forzi tal-ordni ssejħu fuq aktar minn tliet mitt każ ta’ għajnuna li matulhom spikkat il-ħidma bla heda tal-uffiċjali tal Pulizija u dawk tal-Protezzjoni Ċivili, flimkien ma’ dawk mid-Direttorat tat-Tindif u l-Forzi Armati ta’ pajjiżna.
Spikkat ukoll il-qlubija tal-Maltin - b’għadd ta’ kafetteriji fetħu l-bibien tagħhom biex jagħtu bela te jew kafe lil dawk li libsu l-uniformi u ssograw ħajjithom biex jassiguraw is-sigurtà tal-Maltin u l-Għawdxin.

Пікірлер: 1

  • @lawrencegatt4515
    @lawrencegatt45155 жыл бұрын

    Love 💖 1 News

Келесі