Andrew Azzopardi on RTK103 | 15 ta' Ġunju

Il-programm Andrew Azzopardi on RTK103 se jiffoka fuq analiżi aktar dettaljata dwar dak li ħareġ mill-elezzjonijiet għar-rappreżentanti tagħna fil-Parlament Ewropew, imma wkoll b’mod aktar detaljat u metikoluż dwar ir-riżultati tal-Kunsilli Lokali.
Dawn ir-riżultati qed iħallu timbru u theżżiża kbira fl-istruttura tal-Partit Laburista, wara li d-differenza bejn din l-elezzjoni u dik tal-2019 naqqret id-differenza għal inqas minn 9,000 vot.
Dan żmien ta’ tiġdid għall-PL? Dan mument tad-deheb għall-PN? Dan ifisser li issa l-PN huwa ‘papabbabli’? Dan qed juri li wasal iż-żmien għal moviment politiku ġdid?
Il-programm se jipprova jwieġeb dawn il-mistoqsijiet u oħrajn, u jinkludi:
- Diskussjoni mal-opinjonisti Jeremy Camilleri, Antoine Borg, u l-avukati Wayne Sammut u Roberta Bonello Felice, kif ukoll il-letturi Michael Briguglio u Kurt Borg, iċ-Chairperson tal-ADPD Sandra Gauci, u l-kandidat indipendenti Conrad Borg Manche’
- Dibattu politiku bejn il-Ministru Chris Bonett, ix-Shadow Minister Graham Benicini u l-kandidat indipendenti Arnold Cassola
- Interventi mill-ġurnalist Peppi Azzopardi, il-konsulent tal-MaltaToday Matthew Vella u l-Kap tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Mario Fava
- Diskussjoni dwar il-kunsens sesswali tal-minorenni mal-Kummissarju tat-tfal Antoinette Vassallo u l-Psikoloġista Kliniku u Terapista tal-Koppji Nicholas Briffa

Пікірлер: 6

  • @zammf123451
    @zammf12345112 күн бұрын

    L isptar missu inbena ikbar !

  • @zammf123451
    @zammf12345112 күн бұрын

    Din ta ewropa ! Ggadkomx ma nbahtux ! Li din bla importanza

  • @zammf123451
    @zammf12345112 күн бұрын

    Kieku kemm jkun hemm nies waiters

  • @Anonymous-wb6yj
    @Anonymous-wb6yj12 күн бұрын

    Jekk tridu tkunu tafu l-verita morru intom stess u araw halli hadd ma jghid PN qal PL qal.

  • @zammf123451
    @zammf12345112 күн бұрын

    L iktar tkun waiter u jhallulek 20 cents tips

  • @65belton
    @65belton12 күн бұрын

    guys, programm tajjeb pero' fuq ir- radju kwazi ma jinstama xejn meta titkellmu f' daqqa jew xi hadd mill- kelliema joghlli l- vuci!! jaqta' l- hin kollu! frustranti hafna.